Stħarriġ tal-opinjoni pubblika kkummissjonat mit- TORĊA juri li l-Partit Laburista għandu l-appoġġ ta’ kważi 56% tal-elettorat – żieda ta’ punt perċentwal fuq ir- riżultat elettorali li kiseb fl- elezzjoni ġenerali tal-2017. L-istess stħarriġ juri kif ftit aktar minn tliet snin u nofs wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Partit Nazzjonalista jidher li tilef l-appoġġ ta’ 2.9% biex bi kważi 41% qalu li jivvutaw lill-PN.
Fl-isfond tal-imxija tal- COVID-19 u ż-żieda tal-każijiet f’Malta, it-taqlib intern tal-Partit Nazzjonalista u l-iżbarki ta’ immigranti irregolari f’pajjiżna, il-Partit Laburista għandu appoġġ sinfikanti ta’ 15.1% fuq il-Partit Nazzjonalista. Dawn in-numri jsarrfu f’distakk ta’ madwar 45,000 vot fuq il-Partit Nazzjonalista.
Għall-istħarriġ li sar mill- istatistiku Dr Vincent Marmara, 55.9% tal-poplu wieġeb li kieku kellha ssir elezzjoni għada – jivvota lill-Partit Laburista, waqtl li 40.8% jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Ftit aktar minn 3% wieġbu li jivvutaw lill-Alternattiva Demokratika, lill- Partit Demokratiku jew partiti oħra; żieda ta’ 2% meta mqabbel mal-elezzjoni ġenerali tal-2017.
Dr Vincent Marmara spjega li dawn il-previżjonijiet rriżultaw wara li applika l-mudell xjentifiku magħruf bħala Multiple Imputation Technique fuq il-persuni li rrifjutaw li jwieġbu jew jinsabu indeċiżi. Dr Marmara wieġeb li jidher biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista mhux jinfiltra fil-faxxa ta’ votanti tal-Partit Laburista tal-aħħar elezzjoni ġenerali.
Meta sar l-istħarriġ
L-istħarriġ sar bejn it-3 u s-7 t’Awwissu fost 600 persuna b’Livell ta’ Kunfidenza ta’ 95% u margin of error ta’ ±4%. Sagalytics użat il-metodu ta’ Stratified Sampling, b’rappreżentanza distrettwali b’etajiet u ġeneri differenti.
Source: talk.mt