Il-President ta’ Malta jżur l-aħħar tħejjijiet għall-ewwel edizzjoni ta’ ‘L-Istat tan-Nazzjon’

Il-President ta’ Malta George Vella żar l-aħħar tħejjijiet li qed isiru għal-Laqgħa fuq Livell Nazzjonali dwar ‘L-Istat tan-Nazzjon’ li se ssir għada l-Ġimgħa fil-Palazz Verdala.

Waqt il-laqgħa, se jitħabbru r-riżultati ta’ stħarriġ xjentifiku li janalizza kif qed tevolvi l-identità nazzjonali Maltija. Din l-inizjattiva qed tittieħed mill-Konsulent dwar il-Komunikazzjoni Strateġika Lou Bondì u l-Istatistiku u Lettur Universitarju Vincent Marmarà, b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-President u taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta.

Il-laqgħa se tixxandar dirett fuq il-paġna tal-President ta’ Malta fuq Facebook. Min jixtieq jattendi fil-Palazz Verdala jista’ jibgħat email fuq stattannazzjon@gov.mt.

Source: TVM

Written by

The author didnt add any Information to his profile yet