Mill-bidu tal-kampanja elettorali, il-mexxej Laburista żamm appoġġ konsistenti u b’saħħtu fuq l-avversarju politiku tiegħu Bernard Grech.
Meta applikata l-Multiple Imputation Technique, il-mexxej Laburista Robert Abela huwa fdat 20.7 fil-mija aktar mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. Waqt li 52.9 fil-mija wieġbu li Robert Abela huwa l-aħjar mexxej biex imexxi l-pajjiż, 32.2 fil-mija jagħżlu lil Bernard Grech. Waqt li 10.0 fil-mija wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 4.4 fil-mija wieġbu ma jafux u 0.5 fil-mija qalu li jafdaw mexxejja oħra.
Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, 87.2 fil-mija qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 2.2 fil-mija wieġbu Bernard Grech, 7.6 fil-mija qalu li ma jafdaw lil ħadd, 2.0 fil-mija wieġbu li ma jafux, 1.0 fil-mija rrifjutaw li jwieġbu.
Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, 71.3 fil-mija wieġbu li jafdaw lil Bernard Grech, 6.1 fil-mija qalu li Robert Abela, 12.5 fil-mija wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 0.6 fil-mija qalu li oħrajn, 4.5 fil-mija ma jafux u 5.0 fil-mija rrifjutaw milli jwieġbu.
Meteodoloġija
Dan l-istħarriġ sar b’kampjun ta’ 1,800 persuna b’confidence level ta’ 95 fil-mija u marginal of error ta’ +/- 2.3 fil-mija fost persuni minn 16-il sena ’l fuq u sar bejn il-11 u s-17 ta’ Marzu 2022. Għal dan l-istħarriġ intuża l-metodu tal-istratified random sampling, biex b’hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies, id-distretti u s-sess tagħhom.
L-istatistiku Dott. Vincent Marmarà
B.Sc (Hons.)(Melit.) M.Sc (Sheff.) Statistics, Ph.D(Stir). FRSS, KLJ
Dott. Vincent Marmarà huwa statisitku u riċerkatur bi professjoni. Huwa kiseb l-ewwel grad tiegħu fl-Istatistika, Riċerka Operattiva u Matematika mill-Università ta’ Malta. Aktar tard avvanza l-istudji tiegħu billi kiseb Masters of Science fl-Istatistika mill-Università ta’ Sheffield fir-Renju Unit. Wara kiseb id-Dottorat tiegħu fil-Matematika (Statistika) mill-Università ta’ Stirling, l-Iskozja, fejn speċjalizza fuq l-istudju relatat mal-epidemoloġija. F’dawn l-aħħar 15-il sena huwa kien fdat b’diversi proġetti ta’ riċerka kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Huwa mexxa gruppi ta’ riċekra u analizza data xjentifika ta’ livelli għolja. Dr Marmarà huwa lettur fil-Fakultà tal-FEMA, fl-Università ta’ Malta, u huwa affiljat mar-Royal Statistical Society tar-Renju Unit. Marmarà ilu jippubblika stħarriġ tal-opinjoni pubblika għal dawn l-aħħar snin, u magħruf għall-preċiżjoni tiegħu fihom.
Source: talk.mt