Madwar 30% tan-nies li ħadu sehem fl-istħarriġ dwar ‘L-Istat tan-Nazzjon’, li analizza kif tevolvi l-identità nazzjonali Maltija, qalu li ġieli marru għand xi politiku għax kellhom bżonn xi ħaġa (29.7%).
L-istħarriġ sab li l-irġiel marru aktar min-nisa għand xi politiku għax kellhom bżonn xi ħaġa (33.4% – irġiel vs 26.0% – nisa).
Żgħażagħ ta’ bejn is-16-25 huma l-inqas li marru għand xi politiku għax kellhom bżonn xi ħaġa.
Nies li għandhom l-ogħla livell ta’ edukazzjoni huma l-inqas li marru għand xi politiku għax kellhom bżonn xi ħaġa (19.9%).
L-Għawdxin huma l-aktar li marru għand xi politiku għax kellhom bżonn xi ħaġa (34.5%).
Sors: tvmnews.com.mt