Fil-Palazz Verdala tħabbru r-riżultati tat-tielet stħarriġ xjentifiku dwar l-istat tan-nazzjon mill-istatistiku Dr Vincent Marmarà. Dan l-istudju jikkonsisti f’kampjun ta’ 1,064 persuna minn 16-il sena ‘l fuq. Il-margin of error huwa ta’ +/-3%.
Fir-rigward tal-lingwa, Dr Marmarà qal li l-aktar lingwa kkunsidrata bħala l-lingwa prinċipali tal-Maltin hija l-Malti (75.4%).
Huma 3.6% tan-nies li wieġbu għal dan l-istħarriġ li qalu li l-Ingliż hija l-lingwa primarja tagħhom. Kważi 20% fil-mija tan-nies iqisu kemm il-Malti u kemm l-Ingliż bħala l-lingwi primarji tagħhom.
Sors: https://talk.mt/il-malti-huwa-l-aktar-lingwa-kkunsidrata-bhala-l-lingwa-principali-tal-maltin/