Il-President jappella biex dak li rriżulta minn ‘l-Istat tan-Nazzjon’ jintuża għall-ġid tas-soċjeta’

Fl-għeluq tal-konferenza dwar l-Istat tan-Nazzjon, il-President ta’ Malta, George Vella, tkellem dwar kif pajjiżna għaddej minn bidla.

Qal li, minħabba l-ħajja mgħaġġla, Il-familji qed jgħaddu minn sfidi li qabel ma kinux jeżistu. Huwa semma l-importanza tal-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol.

Innota li ż-żgħażagħ jagħtu l-ħin tagħhom għall-affarijiet kreattivi, fosthom anki dawk li jgħinu biex ikomplu jkattru l-kultura, fosthom permezz tal-festi.

Waqt din il-konferenza ssemma li t-teknoloġija għandha tkompli tiġi utilizzata, waqt li għandha ssir aktar ħidma favur is-saħħa mentali, fosthom fost il-ġenerazzjonijiet iżgħar, hekk kif dawn dejjem ikunu esposti għall-midja soċjali u l-kummenti li jsiru fuqhom.

Il-President George Vella sostna fuq l-importanza tal-kwalità tal-ħajja ta’ dawk kollha li jgħixu f’dan il-pajjiż u qal li s-suġġerimenti li saru matul din il-konferenza għandhom jitressqu ‘l quddiem u jitwettqu.

Sors: https://one.com.mt/il-president-jappella-biex-dak-li-rrizulta-minn-l-istat-tan-nazzjon-jintuza-ghall-gid-tas-socjeta/

Written by

The author didnt add any Information to his profile yet