Stħarriġ li sar mill-istatistiku u riċerkatur Vincent Marmara dwar il-mexxejja tal-partiti politiċi juri li bħalissa l-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela għandu vantaġġ ta’ 22.2% fuq il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.
Meta l-pubbliku ġie mistoqsi dwar min jaħseb li huwa l-aħjar mexxej biex imexxi l-pajjiż, jirriżulta li Dott. Abela huwa fdat minn 52.9% tal-elettorat, waqt li Dott. Grech għandu l-appoġġ ta’ 30.7%. Mexxejja ta’ partiti oħra għandhom l-appoġġ ta’ 2.6% tal-elettorat.
Mill-istħarriġ irriżulta li 8.4% tal-elettorat m’għandhom fiduċja fl-ebda mexxej, waqt li 5.4% wieġbu li ma jafux.
Dan l-istħarriġ, li sar bejn is-17 ta’ Frar u l-21 ta’ Frar, sar b’kampjun ta’ 750 persuna b’confidence level ta’ 95% u marginal of error ta’ +/- 3.6% fost persuni minn 16-il sena ’l fuq. Għal dan l-istħarriġ il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies, id-distretti u s-sess tagħhom.
Souce: talk.mt