“Jekk jitnaqqsu l-miżuri rridu noqogħdu attenti li ma jkollniex it-tieni mewġa” – l-istatistiku Vincent Marmara

“Jekk il-miżuri jibdew jitnaqqsu u għad hemm il-każijiet fil-komunità, f’dak il-każ irridu nsegwu r-reproduction ratio b’mod konsistenti ħalli naraw li mhix qed terġa’ tiżdied il-firxa u b’hekk nispiċċaw ikollna t-tieni mewġa, kif qed jiġri f’diversi pajjiżi. Jekk ikollna t-tieni mewġa nistgħu nippruvaw nikkontrollaw l-affarijiet biex ikollna curve li tkun aktar baxxa mill-ewwel waħda, bħal Korea ta’ Isfel. X’ser jiġri minn hawn ‘l quddiem huwa kollu dipendenti min kif ser jiġu kkontrollati l-miżuri l-ġodda u min-nies ukoll, skont kemm wieħed jagħmel social distancing. Dment li jkun għad hemm il-każijiet fil-komunità allura ċertu livell ta’ social distancing dejjem jibqa’ importanti biex ma jkollniex firxa b’saħħitha tal-virus. Minkejja li r-reproduction ratio nieżel ma jfissirx li dan ma jistax jerġa’ jitla’. Bi ftit sagrifiċċju minngħand kulħadd nistgħu noħorġu minn din is-sitwazzjoni bl-inqas ħsara possibbli. Din hi realtà ġdida li flimkien nistgħu naraw li nissettjaw normalitajiet ġodda biex ikollna futur aħjar minn dak li kien fil-passat. “

Dan iddikjarah f’intervista ma’ Inewsmalta, l-istatistiku Vincent Marmara, li fl-aħħar jiem u ġimgħat kien qed isegwi l-iżviluppi marbutin mal-COVID19 f’pajjiżna.

“IL-BŻONN LI N-NIES JIFHMU LI MA NISTGĦUX INKUNU ROMANTIĊI DWAR IL-PASSAT IMMA L-BŻONN LI NKUNU REALISTIĊI DWAR IL-PREŻENT, BIEX NARAW LI NIBNU FUTUR AĦJAR”

Vincent Marmara

Kemm ilha li bdiet il-pandemija żammejt kuntatt mal-pubbliku b’mod frekwenti u konsistenti. Għaliex ħassejt l-importanza li tagħmel dan?

Il-pandemija Covid-19 bidlet ħajjet in-nies. Huwa avveniment straordinarju għan-nies, xi ħaġa li ħawdet l-imħuħ tan-nies li ma bdewx jifhmu kif ser jinbidlu l-affarijiet. Hemm hekk fejn ħassejt li n-nies kienu għatxana għall-informazzjoni. Ħassejt li n-nies jixtieq jifhmu aktar dwar dak li kien ser jsir iċ-ċentru tal-ħajja tagħhom fix-xhur li ġejjin. Ħafna drabi n-nies jisimgħu ħafna biċċiet ta’ informazzjoni, imma sfortunatament mhux dejjem tkun organizzata din l-informazzjoni. Naraw ħafna informazzjoni falza  ukoll. B’hekk ħassejt il-bżonn li ngħaddi informazzjoni fattwali għand in-nies biex jifhmu s-sitwazzjoni oħra mill-aspett xjentifiku u statistiku. Il-bżonn li n-nies jifhmu li ma nistgħux inkunu romantiċi dwar il-passat imma l-bżonn li nkunu realistiċi dwar il-preżent, biex naraw li nibnu futur aħjar.

Fl-istudju tad-dottorat tiegħek studjajt dwar l-epidemjoloġija mill-aspett statistiku? Fuq x’hiex iffoka eżatt l-istudju, u għaliex huwa importanti għall-pandemija ġdida bħal din?

L-istudju tad-dottorat li għamilt fi Stirling University (UK) iffukajt fuq mudelli matematiċi biex wieħed ibassar l-infezzjonijiet tan-nies, anke meta jkollok limitazzjoni ta’ informazjoni. B’mod partikolari iffukajt fuq ir-‘reproduction ratio’. Dak in-numru li tant hu importanti jgħinna biex nifhmu l-firxa tal-virus li hemm fil-popolazzjoni. Permezz ta’ dan in-numru jgħin ukoll biex nifhmu x’deċiżjonijiet għandna nieħdu, fir-rigward tal-miżuri relatati ma’ ‘social distancing’.

X’tip ta’ mudelli matematiċi tkun qiegħed tapplika għall-pandemija bħal din?

B’mod prinċipali jkun qed jintuża l-mudell li jissejjaħ ‘SEIR model’. Dan jikkonsidra, in-numru tan-nies li tista’ taqbadhom il-COVID-19, b’hekk il-poplu kollu (‘S’), in-numru tan-nies li diġa huma esposti għall-virus imma s-sintomi għadhom ma jidhrux (‘E’), in-numru tan-nies li huma infettati bil-virus (‘I’) u n-numru tan-nies li fiequ jew mietu (‘R’). Il-mudell jieħu d-data ta dawn l-aħħar ġimgħat u jipprova jbassar il-futur. Fost diversi fatturi dan il-mudell jikkonsidra r-rata ta’ kemm daħlu nies f’Malta li għandhom dan il-virus u ir-rata ta’ kemm nies qegħdin jiġu infettati b’dan il-virus. Dawn il-mudelli jippruvaw jagħtu stampa tal-futur ibbażata fuq informazzjoni tal-passat.

X’tikkummenta fuq il-miżuri li ħa Gvern? Li kieku ma ttieħdux il-miżuri kemm kienu jkunu qed jiġu infettati nies?

Ir-reproduction ratio fil-bidu kien ta’ madwar 2.2-2.5, jiġifieri 2 minn nies kienu qed jittrasmettu l-infezzjjoni lil madwar 5 minn nies oħra. Kieku ma ittiħdux il-miżuri, kieku dan in-numru ma kienx jinżel, anzi b’riskju li jogħla aktar u b’hekk kienu jiġu infettati aktar nies. B’hekk kieku ma ittieħdux id-deċiżjonijiet u l-miżuri kienu jiġu infettati eluf ta’ nies u kienu jmutu mijjiet ta’ nies ukoll.

Kien hemm min sejjaħ għal-lockdown totali hekk kif feġġew l-ewwel każijiet – l-esperti jgħidu li lockdown imsejjaħ kmieni jista’ jkollu riperkussjonijiet koroh. Taħseb li kien għaqli għall-Gvern li ma ħax din id-deċiżjoni?

Mingħajr ebda dubju l-curve ta’ Malta hija aktar baxxa meta ikkumparat minn pajjiżi oħra. Eżempju meta nikkumparaw ma’ pajjiżii oħra bħal l-Italja, Spanja u Ingilterra, il-curve tagħna hi aktar baxxa. Anke eżempju r-reproduction ratio, meta ta’ Malta kien 1.5 ta’ ħaddiehor kien 2.5 jew anke aktar. Li inżommu dan il-value baxx hija xi ħaġa li hi ferm importanti biex naraw li inqas nies jiġu infettati. Il-gvern għamel l-aħjar ħaġa ukoll li ipproteġa l-aktar nies vulnerabbli fis-soċjetà. B’hekk l-imwiet tal-pajjiż huwa baxx ħafna. Mentri f’pajjiżi oħra qed naraw numru perċentwali għoli ħafna ta’ nies li mietu meta ikkumparat mat-total ta’ nies infettati, sissa din il-ħaġa ma ġratx f’Malta.  Dan huwa kollu grazzi għall-miżuri li ha l-pajjiż.

Qed jirnexxielna inżommu l-Curve baxxa?

Meta ikkumparat ma’ ħafna pajjiżi oħra, qed jirnexxielna inżommu l-curve aktar baxxa. Anke l-fatt minħabba li sissa rajna li kellna reproduction ratio li kien aktar baxx meta imqabbel ma pajjiżi bħall-Italja, Spanja u l-Ingilterra.

Kemm tistma li hawn (jew kien hawn) persuni li huma morda fil-komunità u ma nafux?

Din hija xi ħaġa sinonima ma’ din l-infezzjoni, li hemm min jkollu l-infezzjoni u ma jafx għax m’għandux sintomi. Hemm diversi riċerka li qed issir f’dan ir-rigward, jidher li l-aqwa estimi li hemm bħalissa huma li l-pajjizi ma jkunux jafu b’madwar 50% sa 80% tal-każijiet.  B’hekk, li kieku kellna nieħdu l-estimu ta’ l-Iżlanda, daqs kemm kellna kazijiet sissa, hemm possibilità li hemmm daqs tant ieħor li għadhom/kellhom il-virus u ma jafux.

Kemm hu r-‘reproduction ratio’ bħalissa ta’ Malta?

Ir-reproduction ratio ta’ Malta bħalissa hu madwar 0.5. B’hekk żewġ minn nies qed jitrasmettu din l-infezzjoni lil persuna waħda. Jekk għandek żewġ minn nies li għandhom il-virus, wieħed biss qiegħed jittrasmetti l-virus lil ħaddiehor. B’hekk l-effective reproduction ratio ta’ Malta bħalissa huwa  ta’ 0.5. Meta wieħed jikkumpara dan ir-reproduction ratio ma’ pajjiżi oħra fis-seba’ ġimgħa tal-pandemija tagħhom jara li eżempju fir-Renju Unit kellhom reproduction ratio ta’ madwar 2, l-Italja madwar 1.5, Spanja madwar 2.

Għalkemm l-effective reproduction number niżel, dan il-mathematical modelling huwa dipendenti fuq il-miżuri li hemm bħalissa. Dmentt li għad hemm il-każijiet fil-komunità xorta għad għandek firxa, għalkemm din hija baxxa. Eżempju jekk inneħħu l-miżuri kollha f’salt meta għad hemm il-każijiet, f’dak il-każ jkun hemm ċans kbir li r-reproduction ratio jerġa’ jogħla. Meta l-miżuri jibdew jitnaqqsu ftit, ftit u għad hemm il-każijiet fil-komunità, f’dak il-każ irridu insegwu r-reproduction ratio kuljum ħalli naraw li mhux qed terġa’ tikber il-firxa u b’hekk ikollna it-tieni mewġa, kif qed jiġri f’ċertu pajjiżi oħra. Eżempju jekk ċertu ħwienet jerġgħu jiftħu, xorta s-social distancing bejn in-nies jibqa’ importanti l-fatt li jkun għad hemm il-każijiet fil-komunità. Eżempju, flok ħames min-nies jidħlu ġol-ħanut f’salt, jkun hemm bżonn li n-nies jidhlu wieħed wieħed. B’hekk tnaqqas iċ-ċans ta’ kuntatt ta’ bejn in-nies, u fl-istess ħin terġa’ tibda ċertu attività ekonomika. Meta jibdew jittieħdu dawn it-tip ta’ deċiżjonijiet b’mod konsistenti għandna insegwu l-effective reproduction number b’mod konsistenti ħalli naraw li mhux qed terġa’ tiżdied il-firxa l-fatt li għandna miżuri differenti. B’hekk il-mathematical modelling f’dak il-każ jsir dipendenti fuq il-miżuri ġodda li hemm fil-komunità.

Malta kif qed tikumpara ma’ pajjiżi oħra?

L-Italja li nafu li għandhom numru kbir ta’ każijet, kif ukoll mewġa ta’ dimwit differenti ħafna minn tagħna. In-numru ta’ każijiet ġodda qegħdin jinżlu bil-mod. Fir-Renju Unit qed jaraw numru ta’ każijiet sostanzjali kuljum. Il-graph tagħhom mhux nieżla bħal ta’ Malta. Spanja n-numru ta’ każijiet laħaq quċċata partikolari, il-każijiet bdew nezlin b’mod simili bħal-Italja. Minn naha l-oħra pajjiż bħal Korea ta’ Isfel kellhom mewġa pjuttost simili għal Malta għax infatti kellhom ‘sharp drop’ u baqgħu b’numru ta’ każijiet baxxi għal numri ta’ ġranet sew. Dan wisq probabbli huwa it-tieni mewġa taghhom, mewġa ta’ kazijiet baxxi.

 

Source: talk.mt

Written by

The author didnt add any Information to his profile yet