“Is-surveys politiċi li jsiru online ma jagħtux stampa reali”

Fi żmien il-kampanja elettorali, l-online opinion polls bl-uċuħ tal-mexxejja tal-partiti politiċi jidhru b’aktar intensità fuq il-mezzi soċjali. Iżda fi kliem l-istatistiku Dott. Vincent Marmarà, dawn il-polls jagħtu stampa li mhix rappreżentattiva u xjentifika ta’ verament x’jaħseb il-poplu.

Fakkar kif fil-kampanja elettorali tal-2017 bdew jiġu ppubblikati sondaġġi b’mod frekwenti waqt li kienu qed isiru opinion polls. Persuni li jkollhom nuqqas t’għarfien fil-metidoloġija jew ikollhom nuqqas ta’ tagħrif dwar kif jinħadem sondaġġ, jibdew jistaqsu numru ta’ mistoqsijiet: għalfejn dan is-survey xjentifiku għandu kampjun ta’ 750 persuna u online poll li għandu ħafna iktar nies u għandu s-sehem ta’ ħafna iktar nies huwa inqas eżatt minn ta’ qablu? Ir-raġuni prinċipali hija li l-online poll huwa dipendenti fuq min itellgħu – jekk dan itellgħu fuq il-paġna tiegħu personali, b’mod awtomatiku, dan huwa dipendenti fuq il-grupp ta’ ħbieb li għandu dak l-individwu. Jekk telgħet fuq online news portal partikolari, dak ser ikun b’mod awtomatiku ixeqleb lejn segwaċi ta’ dik il-paġna partikolari. Fi kliem ieħor, il-kampjun mhux qed ikun rappreżentattiv u allura r-riżultat tal-online opinion polls mhuwiex reali.

Intant, l-istatistiku qal li waqt li ninsabu fir-raba’ ġimgħa tal-kampanja elettorali, ix-xejriet baqgħu juru li l-appoġġ miksub miż-żewġ partiti baqa’ fl-istess ilma minn Awwissu ta’ sentejn ilu. Id-dominju tal-Partit Laburista huwa evidenti u konsistenti. Irrimarka li l-istess jista’ jingħad għall-fiduċja fil-mexxejja.

Written by

The author didnt add any Information to his profile yet