Il-mudell ekonomiku: It-tema prinċipali għall-Istat tan-Nazzjon

Il-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna se jkun it-tema prinċipali li se tkun diskussa waqt il-konferenza nazzjonali “L-Istat tan-Nazzjon”.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret il-Ġimgħa filgħodu fejn saret it-tnedija ta’ din il-konferenza – appuntament annwali li fih issir analiżi dwar kif il-poplu nbidel.

Din is-sena, il-mudell ekonomiku se jiġi diskuss f’dettall kbir – fost l-oħrajn it-tajjeb u l-ħażin li għandu l-mudell ekonomiku preżenti. Jekk hemm bżonn bidla fil-mudell ekonomiku se jkun hemm analiżi dwar kif din tista’ ssir.

Bħal kull sena, din il-konferenza se tagħti ħarsa lejn dak li jiddefinixxi lill-poplu bħalissa, u kif inbidel fl-aħħar snin.

Intqal li minn stħarriġ li sar irriżulta li hemm varjazzjonijiet kbar bejn il-ġenerazzjonijiet, tant li għandhom viżjoni differenti. Irriżulta wkoll li fl-aħħar għaxar snin il-barranin f’pajjiżna żdiedu minn 4% għal aktar minn 20% tal-popolazzjoni.

F’kummenti ma’ Net News, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono saħqet li l-għan ta’ din il-konferenza huwa li verament naraw x’qed iħasseb il-poplu u naħdmu fuqu.

Ir-raba’ edizzjoni tal-Istat tan-Nazzjon se ssir fl-20 ta’ Ġunju li ġej, fil-Palazz Verdala, u dak kollu li se jiġi diskuss se jkun ippubblikat fi ktieb.

Sors: https://netnews.com.mt/2024/05/24/il-mudell-ekonomiku-it-tema-principali-ghall-istat-tan-nazzjon/

Written by

The author didnt add any Information to his profile yet